Donald Trump sar it-tielet President fl-istorja tal-Istati Uniti li ġie impeached mill-Kamra tar-Rappreżenanti biex issa huwa f’idejn is-Senat biex jiddeċiedi jekk għandux jibqa’ President jew le.
Il-Kamra tar-Rappreżentanti vvotat fuq żewġ akkużi, jiġifieri li l-President abbuża mill-poteri tiegħu u li ma ħallix il-Kungress jagħmel xogħlu.
Kważi d-Demokratiċi kollha vvotaw favur l-akkużi, bir-Repubblikani jivvotaw kollha kontra.
Trump għandu appoġġ qawwi fis-Senat għax ir-Repubblikani għandhom il-kontroll u għalhekk ftit li xejn hemm ċans li dan jiddeċiedi li Trump għandu jitneħħa mill-poter.
Fil-ħin ta-vot, Trump kien qed jindirizza rally fil-kampanja elettorali għall-elezzjonijiet presidenzjali tas-sena d-dieħla f’Michigan.
Huwa qal lil dawk preżenti li l-vot kontrih huwa frott l-għira u l-mibiegħda.