Il-President Amerikan Donald Trump inħeles mill-ġuri tal-impeachment biex b'hekk twaqqaf l-attentat tal-Kungress li jneħħieħ mill-kariga.
Is-Senat, fejn ir-Repubblikani għandhom maġġoranza, ivvutaw favur Trump b'52 vot kontra 48 biex ma jitneħħiex u 53 vot kontra 47 vot biex ma jkunx akkużat illi abbuża mill-poter.
F'Diċembru li għadda d-Demokratiċi kienu akkużaw lil Trump illi għamel pressjoni fuq l-Ukrajna biex taħdem kontra rival tiegħu, bl-akkużi li mbagħad tressqu kontra l-President ikunu abbuż ta' poter u illi ma ħalliex lill-Kungress jopera minħabba l-ħidma tiegħu mal-Ukrajna.
Il-Kamra tar-Rappreżentanti, b'maġġoranza tad-Demokratiċi, kienet approvat dawn l-akkużi u allura tat bidu għall-proċess li ġie fi tmiemu llejla.
Dan ifisser illi Donald Trump se jkun l-ewwel President bi proċeduri ta' impeachment kontrih li se jmur għal elezzjoni ġenerali.