Tkompli tikber il-kriżi fl-Italja kkawżata mill-coronavirus hekk kif b'kollox, fl-aħħar 24 siegħa, 475 persuna tilfu ħajjithom kawża tal-virus. Il-maġġoranza tagħhom kienu anzjani jew persuni li kellhom kundizzjonijiet oħra.
B'kollox, fl-Italja, 35,713-il persuna ġew infettati bil-Covid-19. 2,978 persuna tilfu ħajjithom, filwaqt li fiequ 4,025 persuna.
Dan ifisser li l-għadd tal-persuni li tilfu ħajjithom fl-Italja wasal biex jissupera t-total fiċ-Ċina, il-pajjiż li fih beda t-tixrid tal-coronavirus.
L-Italja bħalissa tinsab taħt lockdown totali, l-istess kif jinsabu pajjiżi oħra Ewropej, inkluż Franza u Spanja li t-tnejn li huma qed jaraw żieda qawwija fil-każi ġodda