Il-Prinċep Charles jirriżulta pożittiv għall-coronavirus

Il-Prinċep qed jinżamm f'iżolament fir-residenza tiegħu fl-Iskozja

L-eredi għat-Tron Ingliż, il-Prinċep Charles, irriżulta pożittiv għall-coronavirus u bħalissa jinsab f’iżolament fl-Iskozja.

Dan kien ikkonfermat ftit tal-ħin ilu minn Clarence House, ir-residenza tal-Prinċep.

L-istqarrija tgħid li l-Prinċep kellu sintomi ħfief iżda jinsab f’kundizzjoni ta’ saħħa tajba u qed ikompli bil-ħidma tiegħu mid-dar.

Intqal ukoll li d-Dukessa ta’ Cornwall sarulha wkoll it-testijiet iżda rriżultat negattiv.

It-tnejn li huma jinsabu f’iżolament fir-residenza tagħhom fl-Iskozja.

L-istqarrija saħqet li huwa diffiċli ħafna li jkun magħruf is-sors tal-virus anke għacx fl-aħħar ħmistax, il-Prinċep attenda diversi appuntamenti u attivitajiet pubbliċi.

More in Barranin