Ir-Re Emeritu Juan Carlos jeżilja lilu nnifsu minn Spanja

Juan Carlos, li llum għandu 82 sena, jinsab taħt investigazzjoni ta’ korruzzjoni

Ir-Re Emeritu ta’ Spanja Juan Carlos xxokja pajjiż hekk kif eżilja lilu nnifsu minn Spanja f’ittra mibgħuta lill-ibnu r-Re Filippu.

Dalgħodu, il-midja Spanjola qamet tipprova tifhem fejn seta’ mar Juan Carlos hekk kif fl-ittra tiegħu lir-Re, ippubblikata mill-familja Rjali, ma tat l-ebda indikazzjoni fejn dan seta’ mar.

Juan Carlos, li llum għandu 82 sena, jinsab taħt investigazzjoni ta’ korruzzjoni, ordnata mill-Qorti Suprema fi Spanja wara l-allegat involviment tiegħu fi proġett fl-Arabja Sawdija li jinvolvi l-ferroviji.

Qed ikun suspettat lir-Re kien ħeba xi flus, li ma kienx iddikjara, fl-Iżvizzera.

Anke jekk eżilja lilu nnifsu mill-pajjiż, Juan Carlos qal li se jkun disponibbli jekk il-prosekuturi jkunu jridu jkellmuh.

Dan qed ikun meqjus bħala tmiem umiljanti għal Juan Carlos u dan seta' niżżel ismu fl-istorja bħala dak li rnexxielu jiggwida lil Spanja lejn id-demokrazija wara l-mewt tal-Ġeneral Franco fl-1975.

Juan Carlo abdika fl-2014 biex ċeda t-tron lill-ibnu.

More in Barranin