Trump ikeċċi uffiċjal tas-sigurtà tal-elezzjoni wara li kkontradixxa l-allegazzjonijiet tiegħu

Aktar minn ħmistax wara li kien ċar li Joe Biden rebaħ l-elezzjoni presidenzjali, Trump għadu ma jridx jikkonċedi t-telfa

Il-President Amerikan Donald Trump keċċa wieħed mill-ogħla uffiċjali tal-elezzjoni wara li dan ikkontradixxa l-allegazzjonijiet tiegħu dwar frodi fil-voti.

Fuq Twitter, Trump qal li minnufih waqqaf minn xogħlu lil Chris Krebs, Kap ta’ dik magħrufa bħala s-Cybersecurity and Infrastructure Security Agency (Cisa).

Aktar minn ħmistax wara li kien ċar li Joe Biden rebaħ l-elezzjoni presidenzjali, Trump għadu ma jridx jikkonċedi t-telfa u qed jisħaq li rebaħ hu.

Trump fetaħ għadd ta’ proċeduri legali għax qed jisħaq li kien hemm tbagħbis u frodi fl-għadd tal-voti f’dawk l-istati li huwa tilef.

Dan minkejja li diversi uffiċjali qed jisħqu li din kienet l-aktar elezzjoni “sigura” fl-istorja tal-Istati Uniti.

Krebs tkeċċa lbieraħ ftit jiem biss wara li tkeċċa kwoll is-Segretajru tad-Difiża, Mark Esper u dan għax Trump beda jiddubbita l-lealtà tiegħu.

Bħal ħafna uffiċjali oħra li Trump keċċa, Krebs sar jaf bl-aħbar wara li ra t-tweet tal-President.

More in Barranin