Miet il-Papa Franġisku ta' 88 sena

Il-Vatikan iħabbar il-mewt tal-Papa Franġisku, l-ewwel Papa mill-Amerka Latina, wara li kien ilu jsofri minn pulmonite doppja

Il-Papa kien ilu jbati minn saħħtu, tant li t-tabib tiegħu qallu biex inaqqas kemm jaħdem (Ritratt: @VaticanNews/X)
Il-Papa kien ilu jbati minn saħħtu, tant li t-tabib tiegħu qallu biex inaqqas kemm jaħdem (Ritratt: @VaticanNews/X)

Il-Papa Franġisku, l-ewwel Papa mill-Amerka Latina, miet ta’ 88 sena, skont il-Kardinal Kevin Ferrell, li ħabbar il-mewta tal-Kap tal-Knisja Kattolika Rumana f’dikjarazzjoni uffiċjali fil-21 ta’ April 2025.

"Fis-7:35 ta’ dalgħodu, l-Isqof ta’ Ruma, Franġisku, reġa’ lura għand id-Dar tal-Missier. Ħajtu kollha kienet iddedikata għas-servizz tal-Mulej u tal-Knisja Tiegħu," qal il-Kardinal Ferrell.

Fuq post fuq X, il-Vatikan qalu biss li l-Papa miet fir-residenza tiegħu f'Casa Santa Marta fil-Vatikan.

Matul il-pontifikat tiegħu ta’ 12-il sena, il-Papa Franġisku kien magħruf għall-isforzi tiegħu biex jirriforma u jimmodernizza l-Knisja, fejn spiss kellu jiffaċċja sfidi u diviżjonijiet interni.

It-tmexxija tiegħu kienet sinifikanti għal bidliet kbar fi ħdan istituzzjoni tradizzjonalment konservattiva. Il-mewt tiegħu jimmarka t-tmiem ta’ era importanti u trasformattiva fl-istorja tal-Knisja.

More in Barranin