Bosta Sqallin kellhom iqattgħu l-lejl barra, fil-pjazez, fil-parkeġġi u fil-karozzi sakemm seta’ jkun żgurat li d-djar u l-appartamenti fejn joqogħdu ma ġarrbu l-ebda ħsara wara t-terremot qawwi li laqgħet lil Sqallija u li nħass ukoll minn diversi bnadi f’Malta.
It-terremot, li kejjel 4.4 fuq l-iskala Richter, seħħ viċin Ragusa iżda nħass ukoll fil-provinċji ta’ Sirakuża, Katanja u Palermo.
Minkejja li kien hemm diversi residenti li nnutaw xquq u konsenturi fil-bini sa issa ma jidhirx li kien hemm ħsara kbira jew inkella ġie kkawżat xi periklu.
Xi spezzjonijiet jidher li għadhom għaddejja anke dalgħodu.
It-terremot seħħ għall-ħabta tad-9:30pm.
Anke jekk bħalissa l-Etna reġgħet qed tiżbroffa, ma jidhirx li kien hemm rabta bejn it-terremot u l-attività fuq il-vulkan.