Il-belt kapitali Ukrena Kyiv intlaqtet minn aktar missili, f’attakk li qatel mill-inqas persuna u wassal sabiex ir-residenti jerġgħu jidħlu fix-xelters taħt l-art biex jaħarbu mill-bumbardament Russu.
Waħda mill-missili laqtet bini għoli li eventwalment ħa n-nar, fejn bħalissa, jista’ jkun li għad hemm persuni maqbudin taħt it-tifrik.
Skont uffiċjali militari fl-Ukrajna, mill-inqas 20 drone ġie interċettat waqt dan l-attakk, li huwa t-tielet wieħed f’24 siegħa fuq Kyiv. Il-Ministeru għad-Difiża Russa qal li r-Russja attakkat numru ta’ bażi militari Ukreni.
Min-naħa tagħha, r-Russja rrappurtat li hi wkoll rat attakk minn drones fuq il-belt kapitali tagħha, b’residenti jgħidu li semgħu splużjonijiet, u s-Sindku ta’ Moska jikkonferma li kien seħħ attakk permezz ta’ drones.
Huwa qal li dan wassal għal ħsarat żgħar fuq numru ta’ binjiet, u li ħadd ma weġġa’ serjament. Skont il-midja lokali, mat-30 drone ġew interċettati, u uffiċjali Ukreni ma tawx spjegazzjoni wara dan l-attakk.
Hekk kif din il-gwerra tidher li qed tkompli teskala, kelliem mill-amministrazzjoni ta’ Zelensky stqarr li l-gwerra tispiċċa biss meta r-Russja tirtira l-forzi tagħha mill-Ukrajna, fost kundizzjonijiet oħra.
Hawn intqal li ż-żmien ta’ medjaturi għadda.