Vance jikkritika lid-Danimarka waqt vjaġġ tiegħu f'Greenland

JD Vance jakkużża lid-Danimarka li mhux tinvesti biżżejjed fil-protezzjoni ta' Greenland u jisħaq li l-Istati Uniti jistgħu jipprovdu s-sigurtà meħtieġa għal dan it-territorju.

JD Vance
JD Vance

Il-Viċi President Amerikan JD Vance akkuża lid-Danimarka li ħalliet lil Greenland vulnerabbli hekk kif talab lin-nies t’hemmek biex jiħqu ftehim mal-Istati Uniti..

Vance għamel dawn il-kummenti waqt żjara fi Greenland, fejn esprima l-opinjoni li Danimarka ma ħadmietx biżżejjed biex tipproteġi dan it-territorju, li ilu taħt il-kontroll ta' Danimarka għal aktar minn 300 sena. Vance enfasizza l-importanza li Greenland tissepara minn mad- Danimarka.

"Il-poplu ta’ Greenland ma jistax jibqa’ f’dan l-istat ta’ abbandun. Aħna, l-Istati Uniti, naħsbu li nistgħu naslu għal ftehim” qal Vance.
Vance ċaħad l-ideja li l-Istati Uniti jistgħu jużaw il-qawwa militari biex jieħdu l-gżira minn Danimarka, u enfasizza li l-Istati Uniti huma l-unika nazzjon li se jirrispettaw is-sovranità ta' Greenland u s-sigurtà tagħhom.

Intant, ir-Re Frederik tad-Danimarka irrifjuta l-pjanijiet tal-Istati Uniti, u fakkar fl-imħabba li għandu għall-poplu ta’ Greenland. “M'hemmx dubbju li l-imħabba tiegħi għal Greenland u l- konnessjoni tiegħi mal-poplu ta’ Greenland huma intatti.”

Iż-żjara ta’ Vance inizjalment tour "kulturali" fejn martu, Usha, kienet se tara kompetizzjoni tal-klieb fuq is-slitti, iżda din xxerdet fuq bosta jiem ta’ aġġustamenti hekk kif iż-żjara attirat tħassib dwar l-iskrutinju u s-sigurta’, b ’diversi protesti ppjanati. Għaldaqstant, Vance u martu qattgħu ftit sigħat biss fi Greenland, fejn iż-żjara tagħhom kienet limitata għall-Bażi tal-Ispazju Pituffik. 

Vance wissa wkoll li l-Istati Uniti ma għandhiex pjanijiet immedjati biex tiżdied il-preżenza militari fuq il-post, iżda li se tinvesti aktar riżorsi, inkluż vapuri tal-baħar. 

Il-Gvern ta' Danimarka, minn naħa tiegħu, reġa' ddikjara l-impenn tiegħu lejn il-kooperazzjoni mal-Istati Uniti, filwaqt li l-Prim Ministru Mette Frederiksen kkritikat il-kummenti ta’ Vance, u spjegat li d-Danimarka kienet qed tnaqqas il-pjanijiet ta' investiment f'armi u mezzi ta' sorveljanza fil-qasam tal-Arktiku.

Fl-aħħar, il-President Russu Vladimir Putin esprima tħassib li l-pjanijiet tal-Istati Uniti jistgħu jwasslu għall-espansjoni tal-konflitti.

 

More in Barranin