Aktar minn 1,000 persuna tilfu ħajjithom f’Myanmar

Terremot b’qawwa ta’ 7.7 fuq l-iskala Richter laqat lil Myanmar u t-Tajlandja, bi ħsara kbira fil-belt ta’ Mandalay. Għajnuna internazzjonali qed tasal biex tappoġġja u tgħin lil dawk milquta

In-numru ta’ nies mejta tela’ għal 1,000 persuna u iżjed minn 2,300 persuna weġġgħu f’Myanmar wara li terremot b’qawwa ta’ 7.7 fuq l-iskala richter  laqat lil dan il-pajjiż. It-terremot, li laqat partikolarment ir-reġjun ta’ Mandalay, kkawża ħsara severa fil-belt.

L-awtoritajiet tal-militari ta’ Myanmar fetħu sptar temporanju fl-ajruport ta’ Mandalay, hekk kif il-ħsara kkawżata fl-ajruport wasslet biex it-titjiriet kollha ġew ikkanċellati.

F’Bangkok il-belt kapitali tat-Tajlandja, għaddejin bi tfitxija għall 100 ħaddiem tal-kostruzzjoni li ġew mitlufa wara li waqa’ bini għoli. Apparti minn hekk, ġew ikkonfermati li nstabu sitt ħaddiema mejtin.

Madankollu, l-iżvilupp tal-inċident għadhu mhux ċar, u l-ħsara mistennija għadha mhux komplutament magħrufa.

Wara l-impatt tal-terremot, appoġġ internazzjonali beda jasal f'Myanmar. Tim ta’ salvataġġ Ċiniżi wasal f'Yangon, waqt li r-Russja, l-Indja, il-Malasja, u Singapor wrew l-għajnuna tagħhom u bgħatu apparat ta’ għajnuna u wkoll xi nies speċjalisti biex jgħinu u New Zealend offrew aktar minn miljun ewro, filwaqt li l-Korea qalet li se tipprovdi $2 miljun fl-għajnuna umanitarja permezz ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali.

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Indja, Subrahmanyam Jaishankar, qal: "Nkomplu nsegwu l-iżviluppi u aktar għajnuna mistennija tasal." 

More in Barranin