Fil-qalba ta’ Gaża, fost l-attakki tal-gwerra u t-theddid tal-bombi, l-imħabba xorta waħda sabet mod kif tiffjorixxi. Shaima’ Qazeat u Mahmud Akhziq, koppja żagħżugħa Palestinjana, iċċelebrat jum it-tieġ tagħham f’kamp ta’ refuġjati fil-Gaża.
Minn filmat imxandar fuq Instagram minn Majdi Fathu, fotografu bbażat f’Gaża, qalb ir-ritratti ta’ dieqa, irnexxielu jiddokumenta wkoll jum mill-isbaħ.
Fil-kamp f'Deir Al-Balah, in-nies inġabret iċċapċap u ngħaqdet f’kor ikanta b’leħen mimli tama u ferħ tawgura lill-koppja fil-jum taż-żwieġ tagħhom.
L-aħħar attakki mill-ajru saru fuq Dier Al-Balah, fiċ-ċentru ta’ Gaża. Dan is-sit kien qed jintuża minn dawk il-Palestinjani bħala kenn ta’ refuġju. L-attakki laqtu n-naħa tal-lvant tal-belt, żona li kienet tinsab taħt bumbardament qawwi matul il-ġimgħa li għaddiet, kif ukoll in-nofsinhar tal-belt.
Il-gwerra tal-Lvant Nofsani diġá ħatfet ħajjet ta’ 28,000 persuna, inklużi 12,000 tfal wara li l-Ħamas attakka l-Iżrael u qatlu 1,200 iżraeljan fis-7 ta’ Ottubru 2023.