Franza saret l-ewwel pajjiż fid-dinja li uffiċjalment tqis l-abort bħala dritt kostituzzjonali.
Parlamentari Franċiżi vvutaw sabiex jirriformaw liġi tal-1958, u “jiggarantixxu l-libertà” fuq il-mara biex tagħżel.
B’vot xokkanti ta’ 780 favur u 72 kontra, il-parlament ġewwa Versailles segwa ferħ kbir kif ir-riżultat kien imħabbar.
Il-President Franċiż, Emmanuel Macron, iddeskriva din il-mossa bħala “kburija,” bit-tama li “twassal messaġġ universali.”
Gruppi kontra l-abort ikkritikaw dan mhux ħażin, infatti anke l-Vatikan kien minn ta’ quddiem biex jgħaddi noti kritiċi kontra Franza.
L-abort fi Franza ilu legali mill-1975, b’sondaġġi riċenti juru li 85% tal-pubbliku kienu qed jagħtu l-appoġġ tagħhom għal din il-bidla kostituzzjonali.
Filwaqt li diversi pajjii, inkluż Malta, raw amendi fil-liġi tagħhom fir-rigward tal-abort, Franza hija l-ewwel pajjiż li speċifikament jikkwalifika l-abort bħala dritt garantit.
Din l-amenda hija l-25 amenda għal “Franza moderna,” u l-ewwel amenda mill-2008.
Iċ-ċelebrazzjonijiet daru ma’ Franza kollha, b’Pariġi saħansittra tixgħel it-Torri Eiffel bil-messaġġ “ġismi tiegħi, l-għażla tiegħi.”