Il-ġuri fi New York, sab lil Donald Trump ħati ta’ kull akkuża mressqa kontrih, inkluż li ffalsifika rekords tan-negozju biex jaħbi skandlu sesswali li seta' xekkel il-kampanja tiegħu tal-2016 għall-White House.
Il-membru tal-ġuri waslu għal verdett storika, li ra l-ewwel eks President tal-Amerika ħati ta’ reat, wara 9 sigħat u nofs ta’ deliberazzjonijiet.
Jagħti l-ewwel kummenti tiegħu, l-eks President qal li dan il-verdett mhu xejn ħlief “diżgrazzja.” Viżibilment irrabjat huwa qal lill-ġurnalisti li dan huwa “każ imbagħbas minn imħallef korrott.”
Intant, huwa se jiġi kkundannat fil-11 ta’ Lulju, erbgħa t’ijiem qabel il-konvenzjoni nazzjonali tar-Repubblikani fl-Amerika stess.
Trump qed jaffaċja penali li jvarjaw bejn multa sa erba’ snin ħabs, fuqq kull akkuża.
Minkejja kollox pero’, l-eks President għadu xorta fiċ-ċans li jitla President, hekk kif lanqas jekk jingħata sentenza ta’ ħabs ma jinqala’ mit-tiġrija, minħabba ċ-ċans li jappella s-sentenza nnifsiha.
Filfatt, jaqbeż fuq l-opportunità, Trump immedjatament ħareġ maratona ta’ ġbir ta' fondi, waqt li mela’ is-sit tiegħu b’t-shirts, tazzi, u kpiepel kollha jgħidu li hu "priġunier politiku".