Rebħa storika għall-Partit Laburista Ingliż: Keir Starmer mistenni jsir il-Prim Ministru l-ġdid

Fl-elezzjoni ġenerali tar-Renju Unit tal-4 ta' Lulju 2024, il-Partit Laburista mmexxi minn Keir Starmer kiseb rebħa kbira, u temm l-14-il sena ta’ tmexxija tal-Partit Konservattiv • Il-Prim Ministru Robert Abela jifraħ lill-Starmer għar-rebħa tiegħu

Keir Starmer il-Ġimgħa jsir il-Prim Ministru l-ġdid tal-Ingilterra hekk kif il-partit xellugi Laburista kaxkar lill-konservattivi f’elezzjoni li rat it-tmiem tal-14-il sena tagħhom fit-tmun.

“Il-Partit Laburista rebaħ din l-elezzjoni ġenerali, u ċempilt lil Keir Starmer biex nawguralu għar-rebħa tiegħu,” Rishi Sunak qal lill-midja l-Ġimgħa filgħodu.

F’ċelebrazzjoni fiċ-ċentru ta’ Londra, Starmer, 61, qal lill-partitarji li “l-bidla tibda’ issa,” u wiegħed deċenju ta’ tiġdid nazzjonali, fejn “in-nazzjon jieħu l-prijorità fuq il-partit.”

Għaldaqstant, huwa wissa li l-bidla mhux se tiġi minn lejl għal nhar, anke jekk il-Partit Laburista akkwista il-maġġoranza assoluta tal-voti.

More in Barranin