Għaxar xhur wara l-għebien tat-titjira MH370, il-gvern Malasjan iddikjara lill-passiġġieri kollha mejta u li dan il-każ kien inċident.
L-inċident kien seħħ nhar it-8 ta’ Marzu u għalkemm saru diversi attentati biex jinstabu xi traċċi jew fdaljiet ta’ l-ajruplan, qatt baqa ma nstab xejn. Għalkemm it-tfittxijiet għadhom għaddejjin, il-gvern iddikjara lill-passiġġieri u l-ekwipaġġ li kien hemm fuqu bħala kollha mejta.
Il-maġġoranza tal-passiġġieri kienu Ċinizi u hu mifhum li l-gvern Ċiniż qed isejjaħ biex il-familjari jingħataw kumpens għat-telfiet tal-għeżież tagħhom.