38 Inċidenti fatali u 857 gravi fit-toroq fl-aħħar 3 snin

Transport Malta qed twettaq ir-Road Safety Strategy

Transport Malta qed twettaq ir-Road Safety Strategy
Transport Malta qed twettaq ir-Road Safety Strategy

Matul l-aħħar tlett snin seħħew numru ta’ inċident fit-toroq f’pajjiżna fejn b’kollox kien kemm 4084 inċidenti msejħin bħala ħfief, 857 gravi u 38 fatali. Dawn il-figuri tpoġġew mill-Ministru Joe Mizzi fil-Parlament meta kien qed iwieġeb għal mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Marthese Portelli.

Il-Ministru Mizzi qal li  fost oħrajn, tħejjew l-Avviżi Legali li jipprojbixxu annimali fit-toroq arterjali u distributorji fil-ħinijiet kritiċi tat-traffiku filwaqt li qed isiru wkoll Road Safety Audits fuq disinji ġodda ta’ toroq arterjali u distributorji skont id-Direttiva tal-Unjoni Ewropeja.

Qal ukoll li saru diversi proġetti sabiex titjieb is-saħħa u sigurta’ fit-toroq u kif ukoll tiżdied l-effiċjenza tat-sistema tat-traffiku.

Mizzi temm jgħid li r-Road Safety Strategy tnediet f’April 2014 bħala dokument għal konsultazzjoni.  “Wara perjodu ta’ konsultazzjoni pubblika, fejn il-pubbliku kien mistieden jgħaddi l-kummenti u suġġerimenti, tali ġew analizzati minn Transport Malta u kien hemm suġġerimenti validi li ġew milqugħa.  Wara dan il-perjodu, beda jsir ix-xogħol fuq il-miżuri proposti fid-dokument f’Ottubru 2014.   Għaldaqstant, nistennew li r-riżultati ta’ dawn il-miżuri li qed jittieħdu jibdew jagħtu l-frott fix-xhur li ġejjin.”

 

More in Kronaka