Il-President ta’ Malta ma kellha l-ebda responsabbiltà fl-inċident Paqpaqli għall-Istrina li seħħ f’Ottubru tas-sena l-oħra, ikkonkludiet l-Inkjesta tal-Maġistrat Consuelo Scerri-Herrera dwar dan l-inċident. Pero l-inkjesta sabet li s-sewwieq u membri tal-kumitat organizzattiv kienu responsabbli. Tnax il-persuna jistgħu jitressqu l-qorti dwar l-inċident, jiġifieri s-sewwieq u l-ħdax il-membru tal-kumitat organizzattiv ta’ din l-attività inkluż Tonio Darmanin.
Dan tħabbar mill-Ministru Owen Bonnici f’laqgħa mal-ġurnalisti dalgħodu.
F’dan l-inċident kienu weġġgħu 23 ruħ, għaxra gravi li minnhom erbgħa kienu fil-periklu tal-mewt.