L-Isqof Sqalli ta' Noto, Antonio Stagliano ħareġ bi ħġaru kontra l-Pokemon Go, li ġennen f'dawn l-aħħar xhur lil kulħadd. L-Isoqf qal li se jieħu azzjoni legali kontra din il-logħba 'indemonjata' u li toħloq allarm soċjali. Hu qal li tkellem ma' żewġ avukati u qalulu li jista jagħmel dan għax fin-nofs hemm is-sigurta soċjali ta' kull raġel u mara li trid tiġi priservata. L-Isqof akkuża lil Pokemon Go li qed jikkreja 'dipendenza' u qed taljena eluf u eluf ta' żgħażagħ . Hu pparaguna din il-logħba għal sistema totalitarja simili ma' dik nażista.