Minn Malta għal Pozzallo: 36 kilo ta' droga KHAT

Arrestat kif niżel minn fuq il-Virtu Ferries fi Sqallija bi droga miġjuba mill-Afrika li hi meqjusa d-droga tal-fqar

KHAT hi sustanza illegali jew aħjar droga li tiġi mill-Afrika u hi meqjusa bħala d-droga tal-fqar iżda bħalissa qed tagħmel 'hit' fl-Italja. Pulizija Taljana kienu qed jaħdmu biex iwaqqfu din id-droga lejn l-Italja meta kellhom ħjiel li kienet qed tasal l-Italja fuq il-Virtu Ferries minn Malta.

Il-kurrier tad-droga kien Somalu ta' 28 sena li kien ġej minn Malta u li fuqu kien qed iġorr 36 kilo tad-droga KHAT. Dan is-Somalu laqat l-għajn tal-pulizija meta fuq il-karretta li kien qed iġorr kellu żewġ kaxxi kbar tal-kartun. Il-Pulizija flimkien mas-suldati waqqfuh u ċċedkkjawlu dak kollu li kellu fejn fil-kaxxi kien hemm diversi boroż ppakkjati b'din id-droga.

Din id-droga tiġi mill-Etjopja, iżda llum qed tinmfirex fir-Rwanda, Uganda, Kenya u Yemen u bħalissa infirxet ukoll fis-suq Taljan. Id-droga tiġi mill-weraq tal-Catha Edulis u ħafna drabi wieħed jaħsibha xi tip ta' te jew xi tip ta' ħwawar li meta teħodha teċitak b'mod li tkun ewforiku u li tgħinek ukoll li ssir dipendenti fuqha. Is-Somalu ġie arrestat u mitfugħ fil-ħabs ta' Ragusa sa ma ssir analiżi tad-droga u jkunu jafu kemm tiswa u kemm hi qawwija.

More in Kronaka