AĠĠORNATA | Tliet vapuri tal-gwerra Ġappuniżi fil-Port il-Kbir

Vapur tat-taħriġ u żewġ destroyers jaslu Malta u se jtellgħu lil pubbliku nhar it-Tnejn

 

 

Ritratti meħuda minn Dylan Busuttil
Ritratti meħuda minn Dylan Busuttil
Ritratti meħuda minn Dylan Busuttil
Ritratti meħuda minn Dylan Busuttil

Dawn waslu Malta llum u se jdumu sa nhar it-Tlieta bħala parti minn vjaġġ twil madwar id-dinja li se jieħu sa Novembru li ġej. L-iskop hu biex uffiċċjali Ġappuniżi li għadhom kif iggradwaw mill-Iskola marittima tal-forza Ġappuniża tad-difiża biex jakkwistaw esperjenzi u jippromwovu relazzjonijiet ta' ħbiberija bejn il-Ġappun u l-pajjiżi li se jżuru. Il-vapuri se jmorru l_istati Uniti, il-Panama, l-Ingilterra, il-Litwanja, il-Ġermanja, il-belġju, Franza, l-Italja, Kenya u l-Filippini.

Ritratti minn Dylan Busuttil
Ritratti minn Dylan Busuttil

Fuq dawn il-vapuri hemm 750 uffiċċjal u 200 kadetti fosthom 20 mara. Dawn il-vapuri se jkunu miftuħa għal pubbliku nhar it-Tnejn bejn l-10 u nofsinhar u bejn is-1 u l-4 p.m.

Persuna li kien jinsab il-Belt is-Sibt wara nofsinhar ra dawn it-tliet vapuri tal-gwerra bil-bandiera Ġappuniża, ħadilhom ir-ritratt u bagħtom lill-ILLUM

 

More in Kronaka