L-attur Amerikan Gene Wilder, li ħafna jiftakru fl-irwol tal-film l-oriġinali ta' "Willy Wonka & the Chocolate Factory", "The Producers", "Blazin Saddles" u "Young Frankenstein", miet nhar il-Ħadd li għadda fl-età ta' 83 sena wara kumplikazzjoni mill-marda tal-Alzheimer, li Wilder kien ilu jbati minnha għal dawn l-aħħar tliet snin, iżda li dwarha għażel li ma jgħid xejn fil-publiku.
Wilder, iħalli memorji sbieħ u komiċi lill-ħafna li tul is-snin 80 u 90 jiftakruħ f'numru ta' films komiċi, ħafna drabi fil-kumpanija ta' Richard Pryor. Huwa kellu wkoll diversi kollaborazzjonijiet mad-direttur Mel Brooks, bl-aktar film memorabbli li dawn għamlu flimkien ikun "Young Frankenstein".
Fis-snin 80, Wilder sar ukoll parti mill-memorja kollettiva ta' ħafna nies bil-film tiegħu, "Lady in Red", flimkien mal-attriċi Kelly Le Brock