Raġel ta' 81 sena fil-periklu tal-mewt

L-inċident seħħ Ħaż-Żabbar

 

 

Tard ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tal-għaxra neqsin għaxra, il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident stradali fi Triq il-Kunsill tal-Ewropa, Ħaż-Żabbar.

 

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari illi sar irriżulta li raġel ta’ 81 sena residenti Bormla safa’ imtajjar minn mutur tat-tip Yamaha li kien qiegħed jiġi misjuq minn raġel ta’ 28 sena residenti Marsaskala.

 

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Atard tard huwa ġie ċċertifikat li jinsab f’qagħda kritika.

 

Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr A Micallef Trigona LL.D li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh.

 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija mill-Għassa ta’ Ħaż-Żabbar għadhom għaddejjin. 

More in Kronaka