Sewwieq ieħor ta' mutur jitlef ħajtu

Xufier ta' mutur Triumph tilef il-kontroll u ħabat ma' crash barriers il-Mellieħa

Illum ghall-ħabta tad-disgħa, il-Pulizija ġew infurmati li kien għadu kemm seħħ inċident stradali fi Triq Louis Wettinger, il-Mellieħa. 

 

Il-Pulizija marru immedjatament fuq il-post fejn minn investigazzjonijiet preliminari illi saru rriżulta li xufier ta’ mutur tat-tip Triumph tilef il-kontroll u kellu mpatt ma’ xi crash barriers li hemm fl-imsemmija triq. 

 

Ir-raġel li għandu 36 sena u residenti Ħal Balzan ittieħed minnufih l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa, iżda sfortunatament aktar tard huwa tilef ħajtu. 

 

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr A Demicoli LL.D li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata. 

 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka