It-tanker tal-gass wasal fil-port ta' Marsaxlokk, fost bosta nies jaraw lil dan it-tanker enormi li se jservi biex jiġġenera l-elettriku b'mod nadif sa majtitlesta l-pipeline tal-gass minn Malta sa Sqallija. Il-Minsitru Konrad Mizzi qal li se jkunu qed isiru numru ta’ testijiet ta’ sigurta’, filwaqt li fisser kif l-informazzjoni kollha dwar il-kuntratt tal-Power Station se tkun ippublikata.
Wara li jsiru numru ta’ testijiet u simulazzjonijiet, kkordinati bejn ElectroGas, BumiArmada u l-Awtoritajiet tal-Port, se jissoktaw għal diversi jiem sakemm it-tanker jimtela’ bil-merkanzija. It-tanker imbagħad jerġa’ jittieħed ‘il barra mill-kosta Maltija.