Muscat b'7 punti fuq Simon…..Labour bi 3.5 fuq il-PN

Is-survey tal-Malta Today juri 40% tal-iswitchers ma jridux jmorru lura u jgħidu li jippreferu ma jivvutawx

Skont is-survey tal-Malta Today, Joseph Muscat għalkemm għadu jgawdi vantaġġ ta' 7 punti fuq Simon Busuttil, juri wkoll li naqqas erba punti minn kemm kien fil-vantaġġ sena ilu. 

Dan l-istħarriġ sar wara d-diskorsi kollha tal-baġit u juri li Busuttil donnu ġabar xi voti minn dawk li vvutaw labour fl-2008 iżda l-iswitchers għad m'għandhom fiduċja fih, fejn għadhom jippreferu li ma jivvutawx milli jerġgħu jagħtu l-vot lil Partit Nazzjonalista. 

Il-Partit Laburista reġa żied il-vantaġġ fuq il-Partit Nazzjonalista għal 3.5 minn minn 2.7 li kellu fl-aħħar stħarriġ, vantaġġ li xjentifikament għadu jaqa fil-marġni tal-iżball. Jiġifieri li r=riżultat jista jmur kull naħa.

 

More in Kronaka