Matthew Caruana ta' 25 sena min-Naxxar kien żagħżugħ ibiegħ is-saħħa. Anzi kien jgħin lil persuni oħra biex bħalu jitħarrġu bie xjibnu ġisem sabiħ u mimli saħħa. Kien jaħdem bħala 'personal trainer'. Kull nhar ta' Ħadd kien jingħaqad ma grupp ta' 'bikers' fejn kien ikun hemm anke missieru fejn skont hu li ssuq mutur kien 'ARTI' meta kien jikkwota lil Valentino Rossi. F'wieħed mill-aħħar posts tiegħu fuq facebook kien kiteb, ""Dont be pushed by your problems. . . Be led by your dreams". Iżda l-ħolm ta' dan iż-żagħżugħ waqaf kollu llum meta waqt ġirja mal-ħbieb tiegħu bil-mutur, tilef il-kontroll baqa dieħel fir-railing fi Triq il_Kosta u tilef ħajtu hekk ħesrem.