Norcia wara t-terremot: Jirritornaw it-tfal fl-iskejjel

Id-dinja kollha ħabbret il-ħerba tat-terremot....iżda kulħadd jinsa li wara t-traġedja l-ħajja tkompli għal vittmi

Wara l-aħbarijiet ħżiena li ħarġu minn dan ir-raħal bit-terremot qawwi li għamel f'din il-belt medjevali ftit jew ħadd ma jsemmi x'ikun ġara wara li jgħaddu ftit tal-jiem jew anke ġimgħat. L-aħbar tat-terremot iddur mad-dinja iżda l-mod kif il-poplu ta' dan ir-=raħal jew belt vittma jintesew għal kollox mill-media meta jikkwieta kollox.

Minn dalgħodu it-tfal tal-belt se jirritornawe fuq il-bankijiet fl-iskola ġdida mibnija minn containers. Għal ġimgħat sħaħ, għalliema, assistenti u suldati ħadmu bla heda biex jibdlu dawn l-ispeċi ta' klassijiet minn containers u jagħmluhom vijabbli biex jintużaw bħala skola. Għalhekk dalgħodu fit-8.30 instemgħet il-qanpiena tal-iskola u t-tfal daħlu fil-klassijiet tagħhom. Imbagħad fis-1.30 iddoqq qanpiena oħra fejn l-istudenti jinbidlu u jieħdlu fil-klassijiet l-istudenti tal-primarja u l-sikola medja li jdumu hemm sas-6.30 p.m.. Hemm studenti li ġew meħuda fi skejjel oħra madwar l-Umbria. 

More in Kronaka