3 irġiel jispiċċaw l-isptar wara ħabta dalgħodu

Ħabta bejn żewġ karrozzi fi Triq il-labour il-Marsa

 

Kmieni dalgħodu,għall-ħabta tal-ħamsa (0500Hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ incident fi Triq il-Labour, il-Marsa.

 

Il-Pulizija mid-Distrett ta’ Raħal Ġdid marru minnufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta, li żewġt irġiel, ta’ 50 u 57 sena, residenti Ħaż Żabbar u Marsaskala rispettivament weġġgħu, meta waqt li kienu qed isuqu vettura tal-għamla Toyota Toyoace kellhom impatt ma’ vettura ta’ l-għamla Honda Civic, misjuqa minn ġuvni ta’ 30 sena residenti ż-Żejtun.

 

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lit-tliet persuni l-isptar Mater Dei. Iktar tard iż-żewġt irġiel li kienu fil-vettura tal-għamla Toyota Toyoace ġew iċċertifikati li qed isofru minn ġrieħi gravi, filwaqt li x-xufier tal-Honda sofra ġrieħi ħfif.

 

L-investigazzjonijiet tal-Pulziija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka