Attakk terroristiku b'differenza. Sitta maqtula u tmienja feruti meta tliet terroristi daħlu f'moskea fi Quebec fil-Kanada.
L-aggressuri fetħu n-nar fuq dawk li kienu qed jitolbu hemmhekk li kienu madwar ħamsin ruħ bl-età tagħhom tvarja minn 20 sa 70 sena.
Xhieda qalu li semgħu l-għajta ta' 'allah u akbar' b'aċċent ta' Quebec mit-terroristi li kienu mgħammda. Ġew arrestati tnejn min-nies filwaqt li l-Prim Ministru Trudeau li għadu kif ħabbar li hu jaċċetta kull Musulman li Trump qal li mhux se tingħatalhom viża, qal li dan hu attakk terroristku kontra l-Musulmani. Fil-fatt dan hu l-ewwel attakk minn meta Trump ħareġ bil-proposta ferm diviżiva.