Reklutaġġ għal Pulizija u suldati ġodda matul l-2017

Il-Ministru Carmelo Abela jħabbar li se jibda reklutaġġ għal Pulizija, suldati fl-armata, nies fil-Protezzjoni Ċivili u gwardjani fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin 

Il-Ministru tal-Intern u Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela
Il-Ministru tal-Intern u Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela

Il-Ministru tal-Intern u Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela ħabbar illi matul din is-sena, se jinfeħtu reklutaġġi għal karriera fil-Pulizija, l-Armata, Protezzjoni Ċivili u Faċilità Korrettiva ta’  Kordin. Hu qal dan meta dalgħodu fil-passing out parade li laqgħet 55 suldat regolari ġdid wara programm ta’ taħriġ akkreditat.

Il-Ministru Abela tkellem fuq it-tisħiħ li qiegħed isir fil-Forzi, hekk kif qabeż l-1,000 persuna n-numru ta’ dawk li ingħataw l-opportunità li jibdew karriera fil-Korpi Dixxiplinati taħt din l-amministrazzjoni. Żied jgħid kif b’dawn ir-reklutaġġi regolari, li issa daħħlu fil-kalendarju annwali tax-xogħol f’pajjiżna qiegħed dejjem jingħata iktar flessibilità fl-użu tar-riżorsa umana għas-servizz tal-protezzjoni tal-pubbliku, it-tisħiħ tas-sigurtà, u l-ħarsien tal-fruntieri tal-pajjiż.

Hawn huwa nnota kif fejn jidħlu l-Forzi Armati ta’ Malta, grazzi għal dawn ir-reklutaġġi kontinwi, il-complement tal-establishment tal-Forza li ġie approvat riċentament diġà laħaq it-72%. 

Spjega kif dan l-investiment, li mhux jasal biss sar-reklutaġġ tal-persuni, iżda qed joffri wkoll opportunijiet kontinwi fl-iżvilupp professjonali tal-persuna. Dan permezz ta’  programmi ta’ taħriġ edukattivi, kemm fl-ogħla istituzzjonijiet akkademiċi Maltin u dawk barra ‘l pajjiż, li ser ikomplu jaraw avvanz bit-twaqqif tal-Akkademja għall-Korpi Dixxiplinati.

Irrimarka li fejn jidħlu l-Forzi Armati, għal din is-sena l-Gvern alloka €500,000 għat-taħriġ tal-membri tal-Armata, inkluż f’aspetti speċjalizzati fl-aqwa akkademji militari barra minn xtutna.

 

 

More in Kronaka