Muscat jappella lill-PN biex ma jagħmilx ballun politiku minn attakk kriminali

Deputati Nazzjonalisti jagħmlu serje ta' mistoqsijiet dwar il-karozza bomba ta' dalgħodu 

Ilejla l-Parlament qed jiddiskuti l-karozza bomba dalgħodu, bil-Prim Ministru Joseph Muscat jappella wara sensiela ta' mistoqsijiet minn Deputati Nazzjonalisti, biex att kriminali u għalhekk il-karozza bomba li kienet fuq fomm kulħadd matul il-jum ma jkunx magħmul balluhn politiku. "Qatt ma niftakar li meta aħna konna fl-Oppożizzjoni pruvajna nagħmlu ballun politiku minn atti kriminali jew inċident," sostna Muscat għad-diżaprovazzjoni tal-PN. 

Muscat fakkar illi inċidenti simili seħħew matul is-snin, fosthom il-qtil kiesaħ u biered ta' Fathi Shqaqi f'Tas Sliema u qtil ieħor f'Birkirkara f'bar ħdejn il-venda. "Il-pulizija qed tagħmel xogħolha u mhux se nkun jien li nagħmiha ta' investigatur." 

Il-karozza bomba, jew dik li qed titqies bħala tali, qajmet ħafna diskussjoni u waħħlet lil mijiet ta' nies fit-traffiku. Qajmet ukoll tħassib, hekk kif jidher li dan it-tip ta' attakk sar iktar komuni bid-Deputat Nazzjonalista Ċensu Galea ifakkar fi splużjoni li seħħet f'nofs żona residenzjali f'Buġibba.

Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami iktar kmieni illum akkuża lill-Kummissarju tal-Pulizija illi huwa pupazz f'idejn il-PM.   

 

 

More in Kronaka