Vox Pop | ‘Is-sick leave tiegħek... basta ma tabbużahx’

Titħallas jew ma titħallasx għall-ewwel ġurnata sick? L-ILLUM tinżel fit-toroq tal-Mosta u tistqasi lin-nies dwar il-proposta tal-Malta Employers Association

L-ILLUM niżlet fit-toroq tal-Mosta sabiex tistaqsi lin-nies dwar din il-proposta
L-ILLUM niżlet fit-toroq tal-Mosta sabiex tistaqsi lin-nies dwar din il-proposta

Fid-dawl tal-proposta li pproponiet l-Assoċċazzjoni ta’ min iħaddem (l-MEA), biex l-ewwel jum tas-sick ma jkunx ikkumpensat din il-gazzetta għamlet eżerċizzju fejn staqsiet diversi nies l-opinjoni tagħhom fuq din il-proposta.

Apparti minn dan, kienu bosta unions li kkundanaw il-proposta tal-MEA fosthom il-GWU li ddiskriviet din il-proposta mressqa mill-MEA bħala, ‘proposta li  ser treġġa’ l-arloġġ lura għal żmien li fih il-ħaddiema kienu jkunu abbużati u sfruttati.’

Il-kummenti tal-MUT segwew it-ton tal-GWU hekk kif din ukoll iddeskriviet il-proposta bħala ‘rigressiva’.

Filwaqt li l-Forum Unions Maltin, wara li qablu li sick leave għandu jiġi rrispettat meta kkonfermat miċ-ċertifikat tat-tabib saħqet fuq il-bżonn li jittieħdu miżuri li jikkumbattu l-abbuż f’ dan ir-rigward.

Hawn hu dak li qalu n-nies lill-gazzetta ILLUM meta din niżlet fit-toroq tal-Mosta

 

ILLUM Vox Pop |X'taħseb dwar il- Proposta tas-sick leave ?

More in Kronaka