Il-Pulizija mit-taqsima tar-Rapid Intervention arrestaw żewġ Albaniżi b’rabta mal-'hold-up' li sar il-ħamis li għadda mill-ħanut Diamonds International f’Pjazza Tignè.
L-Albaniżi, li għandhom 25 u 26 sena, ġew arrestati fi Triq il-Bajja f’San Ġiljan ilbieraħ għall-ħabta tal-11.30 ta’ filgħaxija.
Fil-ħin tal-arrest, wieħed minnhom ħareġ arma tan-nar u pprova jispara lejn il-Pulizija, li aktar tard ttieħdu ċ-Ċentru tas-Saħħa fil-Floriana hekk kif ġarbu ġrieħi ħfief.
Kelliema għall-Pulizija kkonfermat mal-ILLUM, li l-Albaniż ta' 24 sena Ramazan Hysa għadu maħrub.
It-tnejn arrestati jinsabu fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija għall-istħarriġ.
Nhar il-Ħamis li għadda, ammont ta’ deheb insteraq fil-’hold up’ f’The Point f’Tignè.
Żewġ ħaddiema li kienu fil-ħanut waqt f’dak il-ħin ingħatalhom l-għajnuna medika wara li weġġgħu meta rreżistew lill-ħallelin.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dan il-każ għadhom għaddejjin.