Aġġornata | Jaslu l-akkużati tal-qtil ta' DCG taħt sigurtà stretta madwar il-Belt Valletta...
....Jwieġbu 'mhux ħatja' u l-assi tagħhom jiġu ffriżati
More in Kronaka
....Jwieġbu 'mhux ħatja' u l-assi tagħhom jiġu ffriżati
Mumenti ilu l-akkużati fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia waslu fil-bini tal-Qorti fejn se jkunu qed jitressqu quddiem il-Maġistrat Neville Camilleri.
L-akkużati huma tlieta; Alfred Degiorio, George Degiorgio u Vince Muscat. Dawn it-tlieta huma kollha persuni magħrufin mal-Pulizija u t-tlieta b'xi mod marbutin ma' serqa minn fergħa tal-Bank HSBC fl-2010. Alfred huwa magħruf bħala l-'Fulu' u ħuħ George bħala ċ-'Ċiniż', Muscat magħruf bħala l-'Koħħu'. Id-Degiorgios huma magħrufin mal-Pulizija hekk kif għandhom passat kriminali. Fil-fatt il-marki tas-swaba ta' Alfred kienu nstabu fuq oġġetti relatati ma' serq ta' vann tal-Group 4. Ħuh, minn naħa l-oħra kien involut f'każijiet ta' pusses ta' armi, droga u anke oġġetti wżati biex jinfetħu serraturi tad-djar.
Iż-żona madwar il-Qorti kienet mgħassa minn sigurtà stretta ħafna. Għadu mhux magħruf x'se jkunu l-akkużi imma jidher li l-Pulizija għandha evidenza b'saħħitha biżżejjed biex takkużahom bil-qtil ta' Caruana Galizia. Dalgħodu dan is-sit irrapporta kif iż-żewġt aħwa għandhom passat 'mċappas' b'reati vjolenti, stil tal-mafja.
Aġġornata 10:45 p.m : Mill-Qorti...
L-Avukat tal-Għajnuna Legali huwa Benjamin Valenzia. Qed imexxu l-Prosekuzzjoni l-Ispetturi Keith Arnaud u Kurt Zahra, filwaqt li qed imexxi l-Prosekuzzjoni l-Assistent Kummissarju Dennis Theuma.
Peter Caruana Galizia jinsab preżenti flimkien mal-Avukati tal-familja, Therese Comodini Cachia u Jason Azzopardi, li qed jidhru parte civile.
'Mhux ħatja'...ma jingħatawx bail
It-tliet akkużati wieġbu 'mhux ħati' għall-akkużi miġjubin kontriehom. Minkejja dan il-Qorti ma tatx libertà proviżorja. Intant wara talba mill-prosekuzzjoni l-assi tat-tliet akkużati se jkunu ffriżati.