Dalgħodu f' Birkirkara seħħet ħabta bejn mutur ta' tip Kymco misjuq minn raġel ta' 38 sena resident f'Ħal Balzan u vettura tat-tip Toyota misjuqa minn raġel ta' 68 sena residenti l-Marsa.
Kien għall-ħabta tad-9.00 a.m li l-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident fi Triq Mannarino, Birkirkara . Minnufih issejħet l-ambulanza sabiex tassisti lis-sewwieq tal-mutur.
Iktar tard huwa ġie iċċertifikat li qiegħed isfori minn ġrieħi ta' natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.