Chris Bartolo se jingħata ħelsien mill-arrest

...huwa kien talab lill-President tar-Repubblika li jinħeles minħabba mard fil-kliewi

Idejn Chris Bartolo ...illum jitħabbar li se jinħeles
Idejn Chris Bartolo ...illum jitħabbar li se jinħeles

Chris Bartolo se jkun qed jinħeles mill-ħabs wara li dan talab li jiġri dan lil bosta , hekk kif bħalissa għadu qed jinstema' l-appell tiegħu kif ukoll minħabba mard serju tal-kliewi. Is-saħħa tiegħu ddeterjorat kemm kien ilu l-ħabs. 

F’April li għadda Bartolo kien intbagħat ħames snin ħabs u weħel multa ta’ €15,000, wara li ammetta li ttraffika kilò u nofs reżina tal-kannabis. 

Bartolo kien talab lill-President Marie Louise Coleiro Preca biex jingħata l-ħelsien mill-arrest minħabba l-kundizzjoni medika tiegħu. 

 L-Avukat ta' Bartolo,  Franco Debono fuq il-programm Net Live ftit tal-ħin ilu qal illi llum il-ġustizzja għamlet rebħa anke jekk innota li talbiet fuq ħelsien mill-arrest is-soltu jieħdu ħafna inqas żmien.  Debono fakkar illi għad fadal proċess xi jsir fil-forma tal-appell. Madanakollu huwa rringrazzja lill-PM, lill-Kap tal-Oppożizzjoni, lill-President tar-Repubblika u bosta politiċi, siti tal-aħbarijiet u lil Xarabank tal-għajnuna li taw. 

Debono irrimarka wkoll kif dan il-mument daqstant importanti fil-karriera tiegħu kellu jħabbarha proprju fuq Net TV, l-istazzjon tal-Partit Nazzjonalista li għal zmien twil l-istess Debono kien parti minnu. 

More in Kronaka