Il-familja tal-eks tarznar Emanuel Caruana, li miet fl-2005 fl-eta ta' 71 sena wara li għal żmien twil kien espost għall-asbestos ingħatat € 12,000 bħala kumpens mill-Istat.
Emanuela Caruana, Joseph Caruana, Maria Assunta, Maria Dolores Sheridan u Saviour Peter Caruana kienu fetħu proċeduri fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili kontra l-Uffiċjal Mediku Prinċipali tal-Gvern u l-Avukat Ġenerali wara l-mewt ta' Caruana fl-2005.
L-Imħallef Mark Chetcuti iddeċida li l-mewt ta' Emanuel Caruana kienet riżultat ta' nuqqas serju min-naħa tal-istat.
Caruana kien beda l-ħidma tiegħu fil-Malta Drydocks fl-1959 u tul il-karriera tiegħu kien esposta b'mod estensiv għal ammonti kbar ta' trab tal-asbestos li eventwalment wassal għall-mewt tiegħu.