Qorti | Magħmula biex telimina lill-vittma u lil kull passiġġier potenzjali

...Espert tal-Europol dwar il-bomba li qatlet lil Daphne Caruana Galizia...

Espert tal-Europol qal illi l-bomba fil-karozza li kienet qed issuq Daphne Caruana Galizia meta nqatlet kienet magħmula apposta, taħt is-seat tal-karozza, diretta lejn il-vittma. B'hekk dan ifisser li kien aċċertat li Caruana Galizia tinqatel. Hu kien qed jagħti xhieda fil-kumpilazzjoni fil-każ tal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia illum fil-Qorti. 

"Kien attakk kriminali. Nistgħu neskludu b'mod ċar kull tip ta' splużjoni suwiċidali jew aċċidentali. Id-disinn u l-post fejn tqiegħdet il-bomba kienu magħmulin u magħżulin biex jinqatel min kien qed isuq il-karozza u passiġġieri potenzjali li setgħu kienu fil-karozza," qal l-espert fil-Qorti.

Huwa kompla jispjega kif kien hemm tliet tipi ta' metalli li nstabu fuq il-post ta' fejn seħħet l-isplużjoni. Dan apparti, kompla jgħid l-istess xhud, illi l-ħadida li kien hemm mdawra mal-bomba turi illi dan ix-xogħol sar speċifikament għal din il-bomba.

 

 

More in Kronaka