Aġġornata | Tnejn mejta u sebgħa jindarbu f'inċident ikrah fl-Imġarr ilejla
Il-lejl tal-Ħadd jispiċċa b'inċident traġiku li ħalla tnejn mejta u sebgħa l-isptar,
More in Kronaka
Il-lejl tal-Ħadd jispiċċa b'inċident traġiku li ħalla tnejn mejta u sebgħa l-isptar,
Inċident li seħħ ilejla fl-Imġarr (Malta) ħalla tnejn mejtin u sitta minn nies mweġġgħin.
S'issa jidher illi l-ħabta kienet bejn karozza tat-tip Maruti u oħra tat-tip Audi li baqgħu deħlin 'head on', bl-Audi tispiċċa fil-parti tat-triq li fuqha qed isir xogħol infrastrutturali.
Iż-żewġ persuni fil-Maruti ix-xufier ta' 53 sena u passiġġier ta' 31 sena, kienu ċċertifikati mejta fuq il-post. Erba' adulti u tliet itfal ttieħdu l-isptar. Ix-xufier tal-Audi flimkien ma' żewġt itfal ta' 11-il sena u sena (1) jinsabu f'qagħda gravi filwaqt li passiġġier ta' 10 snin sofra minn ġrieħi ħfief.
Żewġ passiġġieri fil-vettura Maruti, ta’ 77 u 12-il sena rispettivament, kienu iċċertifikati li sofrew minn ġrieħi serji, filwaqt li passiġġier ta’ 44 sena residenti l-Gżira sofra minn ġrieħi gravi. Passiġġier ta’ 29 sena, residenti tas-Sliema ma sofra l-ebda ġrieħi.
L-awtoritajiet tas-saħħa ħarġu avviż illi fih qed jappellaw għall-kooperazzjoni tal-pubbliku hekk kif diversi ambulanzi kienu fuq il-post u telqu bin-nies involuti f'dan l-inċident ferm ikrah.
Appellaw ukoll biex ħadd ma jmur fl-Emerġenza tal-Isptar jekk mhux għal raġunijiet serji. Dwar dan l-inċident infetħet inkjesta Maġisterjali.
(Iktar informazzjoni malli taslilna)