Mara ta' 27 sena minn San Pawl il-Baħar qed isofri minn ġrieħi gravi wara aċċident bil-karozza fi Triq Reġjonali, l-Imsida.
L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 12:25 pm, il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ li sar, irriżulta li mara ta’ 27 sena, residenti San Pawl il-Baħar, li kienet qed issuq vettura tat-tip Seat Cordoba, għal xi raġuni tilfet il-kontroll u nqelbet.
Il-mara sofriet xi ġrieħi u għaldaqstant ittieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa, fejn iktar tard ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.