Sewwieq ta’ mutur qed isofri minn ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku fi Triq il-Kosta.
L-inċident seħħ dalgħodu, għall-ħabta tas-sagħtejn u kwart.
Jirriżulta li żagħżugħ Taljan ta’ 23 sena, residenti San Pawl il-Baħar kien qed isuq il-mutur meta għal xi raġuni ħabat ġo barriera tat-triq.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn iktar tard, ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.