Raġel ta' 23 sena residenti f'San Ġwann qed isofri minn ġrieħi gravi wara inċident bil-mutur.
Il-Pulizija qalet li għall-ħabta tat-8:30 am il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l- assistenza tagħha fi Triq Tas-Sliema, il-Gżira, minħabba li kien hemm inċident stradali u hemm persuna li sofriet xi ġrieħi.
Il-Pulizija mill-Għassa tas-Sliema marru immedjatament fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li kien seħħet ħabta bejn vettura misjuqa minn raġel ta’ 70 sena residenti San Ġwann u mutur misjuq minn raġel ta’ 34 sena residenti San Ġwann.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei għal kura. Aktar tard, ir-raġel ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
Investigazzjonijiet tal-Pulizija rigward dan l-inċident għadhom għaddejjin.