Raġel bi ġrieħi gravi wara li jaqgħu fuqu folji tal-ħġieġ

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lil ħaddiem l-isptar

Raġel ta’ 47 sena, residenti l-Mosta, qed isofri minn ġrieħi gravi wara li weġġa’ fuq il-post tax-xogħol fil-Mosta.

Kienu għall-ħabta tal-11;00 a.m xħin il-Pulizija ġiet infurmata li hemm bżonn l-assistenza fi Triq il-Ballut, il-Mosta.

Il-Pulizija tad-Distrett marru mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li l-vittma sofra ġrieħi meta waqgħu fuqu xi folji tal-ħġieġ li kien qed iħott. 

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lil ħaddiem l-isptar għall-kura meħtieġa. Iktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Bil-każ ġie infurmat l-Maġistrat tal-Għassa Joseph Mifsud, li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistu. 
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.
 
 

More in Kronaka