Raġel ta’ 33 sena, residenti l-Qrendi jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ żewġ sulari f’Ħal Luqa.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10:00am f’residenza fi Triq il-Parroċċa.
Jidher li r-raġel waqa’ waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol.
Tim mediku wasal fuq il-post u immedjatament ħa lir-raġel Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett