Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tas-6:30pm, residenza ħadet in-nar fi Triq Patri Magri fil-Ħamrun.
Kelliem għall-Pulizija kkonferma din l-aħbar ma' dan is-sit.
Ħadd ma weġġa' f'dan l-inċident għalkemm xi persuni li kienu ġewwa ngħataw il-kura fuq il-post kemm għax kellhom xokk qawwi fuqhom u anke għax belgħu xi duħħan.
In-nirien ġew ikkontrollati f'qasir żmien mill-membri tal-Protezzjoni Ċivili.
Yendrick Cioffi studja l-ġurnaliżmu fl-Università ta' Malta fejn kiseb Baċċellerat bl...