Raġel ta' 56 sena huwa t-tmien vittma tal-Covid-19 f'Malta.
Ħabbar dan il-Ministeru għas-Saħħa fejn spjega kif ir-raġel irriżulta pożittiv għall-Covid-19 fis-16 ta’ Mejju.
Huwa kellu diversi kundizzjonijiet kroniċi.
Ir-raġel miet fl-Isptar Mater Dei, matul il-lejl.
"Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tar-raġel, mill-ġdid jappella biex il-poplu jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, hekk biss nistgħu nipproteġu lill-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna," saħqet l-istqarrija.