Tifel ta’ 9 snin li joqgħod l-Imġarr weġġa’ serjament wara li waqa’ madwar tliet sulari minn gallarija ta’ residenza privata.
Għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs ta’ waranofsinhar (1430hrs), il-Pulizija kienet infurmata li hemm bżonn l-assistenza f’residenza fi Triq il-Karamelli.
Fuq il-post marru tim mediku biex jassituh u ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura.
Huwa kien iċċertifikat li jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu.
Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali.