Raġel ta’ 34 sena u żagħżugħa ta’ 25 sena, li huma suspettati li wettqu hold-up xahar ilu fl-Imsida, ġew arrestati lbieraħ filgħodu f’Tal-Pietà.
Kien fil-15 ta' Novembru meta raġel ta’ 50 sena li joqgħod il-Ħamrun, daħal fl-Għassa tal-Imsida jirraporta li kien għadu kemm ġie misruq minn żewġ persuni fi Triq Giorgio Mitrovich, l-Imsida.
Investigazzjonijiet intensivi wasslu biex wara li ġew identifikati ż-żewġ persuni li wettqu s-serqa, fis-sigħat bikrin tal-Erbgħa filgħodu, il-Pulizija tal-Iskwadra tar-Reati Maġġuri bdew isegwu l-passi tagħhom.
Għal xi d-9:30pm, iż-żewġ persuni, li kienu f’vettura BMW, ġew iċċirkondati f’Tal-Pietà u arrestati.