Id-Direttur Ġenerali tad-Dwana Joseph Chetcuti qal illi l-qabda rekord tal-bieraħ, ta' 612-il kilo ta' droga kokaina hija riżultat ta' dak li sejjaħ "il-globalizzazzjoni tal-kriminalità organizzata."
Huwa qal illi r-riskji dejjem hemm kienu imma llum l-kriminali huma aktar organizzati.
Ilbieraħ ġew elevati 612-il kilo droga kokaina li telqet mill-Ekwador, waqfet il-Kolombja għaddiet minn Malta u kienet fi triqitha lejn il-Libja u l-valur tagħha kien stmat għal €69 miljun.
Chetcuti irrmarka illi d-Dwana tagħmel qabdiet u televa oġġetti illegali kuljum, imma li din spiċċat fuq l-aħabarijiet minħabba l-kobor tagħha. Per eżempju, jgħid illi oġġetti bħal sigaretti tal-kuntrabandu jinstabu ħafna drabi.